CCharter Maltese
  in English

Motivazzjoni

 

Aħna, ir-rappreżentanti tal-Komunitajiet Lokali tal-lokalitajiet rispettivi tagħna fiż-żona tal-Port il-Kbir,

  • konvinti li l-Ispazji Miftuħin Ħodor u Blu u l-Pajsaġġi Kulturali huma riżors ta' importanza kritika għall-komunitajiet li nirrappreżentaw, u

  • konxji li r-riżorsi naturali u storiċi tar-reġjun għandhom impatt qawwi fuq il-benessri soċjali, mentali, fiżiku u ekonomiku tal-komunitajiet tagħna, u 

  • impenjati li nonoraw ir-responsabbiltà li nagħtu lil uliedna u ulied uliedna kwalità ta' ħajja aħjar, u

  • impenjati li naħdmu id f'id, flimkien ma' sħab  bl-istess impenn , biex nippjanaw, b'mod olistiku u kollettiv, il-ħarsien u l-qsim tal-pajsaġġi kulturali tar-reġjun tal-Port il-Kbir, u

  • impenjati li nippromwovu r-reġjun tal-Port il-Kbir bħala żona ta' rikreazzjoni u patrimonju ekoloġiku u bħala destinazzjoni ta' turiżmu ta' kwalità ta' valur lokali, nazzjonali u Ewropew, u biex tinħoloq mogħdija reġjonali ta' patrimonju ekoloġiku li taqsam id-diversi lokalitajiet. 
 

permezz ta' din il-Karta, inħaddnu u nippromwovu il-prinċipji li ġejjin u, b'vuċi waħda, insejħu & nistiednu lill-awtoritajiet, min jippjana, kull min għandu interess, min jiddeċiedi u l-NGOs, f'kull livell, biex isostnu dawn il-prinċipji:  

 
 

Spazji Miftuħin Ħodor u Blu

L-Ispazji Ħodor u Blu fir-reġjun tal-Port il-Kbir huma riżors prezzjuż u limitat ta' importanza fundamentali għall-benessri tal-komunità u tan-nazzjon. Spazji ħodor u miftuħin ta' ċerta importanza f'dan ir-reġjun jinkludu l-imsaġar tul is-swar tal-Kottonera, b'mod partikolari dawk bejn is-swar tal-Kottonera u dawk ta' Santa Margerita.

L-Ispazji Miftuħin Ħodor u Blu joffru diversi benefiċċji għal saħħitna, l-ambjent u l-ekonomija. L-ispazji blu huma essenzjali għall-benessri mentali, fiżiku u soċjali. L-ispazji ħodor għandhom rwol kritiku fis-sostenibbiltà ambjentali, b'mod partikolari f'ambjent urban b'popolazzjoni għolja. 

Barra minn hekk, l-Ispazji Miftuħin Ħodor u Blu jagħmlu parti mill-patrimonju naturali u storiku tagħna, kif ukoll parti mill-memorja nazzjonali. Jistgħu jattiraw viżitaturi lokali u internazzjonali, b'potenzjal qawwi għal tkabbir ekonomiku.

Huwa rikonoxxut ukoll li l-ġenerazzjonijiet ta' issa u tal-futur għandhom dritt inaljenabbli għall-aċċess u t-tgawdija tal-Ispazji Ħodor u Blu tar-reġjun.

Fid-dawl ta' dan kollu, il-ħarsien u l-ġestjoni sostenibbli tal-Ispazji Ħodor u Blu fir-reġjun tal-Port il-Kbir huma ta' importanza kruċjali għall-benefiċċju tal-generazzjonijiet preżenti u tal-futur.

Għal dan il-għan, il-Firmatarji ta' hawn taħt jimpenjaw ruħhom li jaħdmu, flimkien ma' sħab idonji, biex iħarsu u jtejbu l-Ispazji Ħodor u Blu ta' dan ir-reġjun. B'mod partikolari, għandna l-ħsieb li:

  • Inwettqu inventarju u analiżi tal-qagħda tal-Ispazji Ħodor u Blu fil-lokalitajiet tagħna bil-għan li nistabbilixxu kif jistgħu jitħarsu aħjar u jsiru aktar sostenibbli.
Tifla
  • Niżviluppaw għarfien aħjar tal-ekosistemi preżenti f'dawn iż-żoni, kif jikkontribwixxu għall-biodiversità, it-theddid li qed jiffaċċjaw u l-opportunitajiet li jipprovdu għal ġestjoni aktar sostenibbli fil-futur.

  • Nimmaniġjaw l-imsaġar madwar is-Swar tal-Kottonera b'mod sostenibbli sabiex nikkonservaw dawn l-imsaġar bħala pulmun aħdar ewlieni u post ta' skiet fin-Nofsinhar għall-benefiċċju tal-komunitajiet lokali u t-turisti li jżuruna.

  • Niżviluppaw mogħdija reġjonali tal-patrimonju ekoloġiku li taqsam id-diversi lokalitajiet. Din il-mogħdija tal-patrimonju ekoloġiku sservi ta' vetrina  għall-kuntest storiku, kulturali u turistiku tas-swar waqt li tħares iż-żoni ħodor. Dan jitwettaq bis-sehem attiv tas-soċjetajiet lokali fl-oqsma tal-patrimonju u l-istorja.

  • Insostnu d-dritt tal-pubbliku li jkollu aċċess bla periklu għall-Ispazji Ħodor u Blu u jgawdihom.

  • Invaraw programm ta' Komunikazzjoni, Edukazzjoni u Għarfien Pubbliku dwar l-Ispazji Miftuħin Ħodor u Blu immirat ukoll lejn il-ġenerazzjonijiet iżgħar sabiex xogħolna ma jmutx magħna.
 
 

Żoni tax-Xtut

Il-mollijiet u x-xtut tar-reġjun tal-Port il-Kbir huma riżors ieħor uniku li fil-preżent mhux użat biżżejjed u żdingat b'mod sinifikanti. Waqt li nifhmu l-ħtieġa li ċerti industriji u kummerċ irid ikun tul din iż-żona kostali, il-Firmatarji jirrikonoxxu li d-dritt tal-pubbliku li jkollu aċċess bla periklu u li jkun jista' jgawdi dan il-post uniku fejn jiltaqgħu l-art u l-baħar għandu jibqa' jiġi sostnut u stabbilit b'mod legali. Tabilħaqq, huwa meqjus li tali aċess iżid il-kummerċ u l-attività ekonomika f'din iż-żona.

Għal dan il-għan, il-Firmatarji jistinkaw biex jaqsmu u jħarsu l-mollijiet u x-xtut tar-reġjun tal-Port il-Kbir, għat-tgawdija mill-pubbliku bħala dritt inaljenabbli. B'mod aktar speċifiku, nintrabtu li:

  • Inħarsu l-mollijiet u x-xtut tar-reġjun tal-Port il-Kbir minn aktar encroachment minħabba żvilipp inkompatibbli u inkongruwu.
  • Niddefendu d-dritt inaljenabbli tal-pubbliku li jkollu aċċess bla periklu u li jkun jista' jgawdi l-mollijiet u x-xtut tar-reġjun tal-Port il-Kbir u li jkompli jirkupra dawn id-drittijiet fejn kienu ġew miċħuda fil-passat.

  • Noħolqu mogħdija Ħadra u Blu tul ix-xatt mis-sit tal-Power Station tal-Marsa sat-Tlett Ibliet.  Dan ikun jinkludi l-ftuħ u t-tindif ta' dan ix-xatt għat-tgawdija mill-pubbliku, ir-restawr ta' binjiet storiċi tul din il-mogħdija u l-ħolqien ta' kuritur ġdid aħdar tul din il-mogħdija kostali, waqt li nħarsu l-biodiversità f'dan l-ambjent marittimu importanti.
 
 

Is-Siġar

Is-siġar kollha fil-lokalitajiet tagħna, indipendentament mill-età jew l-istatus ta' ħarsien tal-ispeċi, huma parti mill-pajsaġġ kulturali u l-ekosistemi tal-lokalitajiet tagħna u l-memorji kollettivi. Is-siġar għandhom ukoll valuri ta' rikreazzjoni, kultura, estetika u tas-saħħa għall-komunitajiet tagħna. 

Fid-dawl ta' dan, il-Firmatarji jistinkaw biex:

  • Jiżguraw li ma ssir l-ebda ħsara, traspjant, żbir jew qlugħ mill-għeruq ta' tali siġar mingħajr konsultazzjoni minn qabel ma' esperti fil-qasam.

  • Jirrijabilitaw żoni ħodor żdingati u joħolqu żoni ħodor ġodda fil-qalba taż-żoni urbani, industrijali u kummerċjali ta' dan ir-reġjun. Ir-rijabilitazzjoni u l-konservazzjoni taż-żoni ħodor tar-reġjun jitwettqu b'mod ekoloġikament xieraq u sostenibbli.
  • Iżidu l-biodiversità indiġena fl-Ispazji Ħodor u Blu tar-reġjun.

  • Jaddottaw metodi ta' irriġazzjoni sostenibbli għaż-żoni ħodor tar-reġjun.

  • Jiżguraw li l-ġibjuni sotterranju u l-bjar pubbliċi ssirilhom manutenzjoni u l-ilma tax-xita jinġabar sabiex jintuża għat-tisqija tal-ġonna pubbliċi u żoni ħodor.
Sigar
 
 

Ħamrija, Art Agrikola u Widien

Il-ħamrija hija "sponża" tal-karbonju li jeħtieġ li tiġi ppriservata sabiex tgħin fit-trażżin tal-emissjonijiet li jikkontribwixxi għall-bdil fil-klima. Il-ħamrija u l-art agrikola għandha wkoll valur ekonomiku sinifikanti għall-familji tal-bdiewa li jipproduċu prodotti lokali.

Il-firmatarji jirrikonoxxu l-valur ta' ħamrija li mhix  mirduma (unsealed) u tal-art agrikola. Nagħrfu wkoll l-importanza tal-ħarsien u konservazzjoni tal-ispazji aperti li baqa' fil-widien, fid-dawl tal-valur li għandhom bħala unitajiet ġeoloġiċi, idroloġiċi u ekoloġiċi.

Għaldaqstant, naħdmu biex:

Hamrija
  • Inwaqqfu/nevitaw l-irdim (sealing) estensiv tal-ħamrija permezz ta' aktar bini f'żoni ħodor u agrikoli.

  • Inreġġgħu lura tali xogħlijiet ta' rdim (sealing) li seħħew fil-passat fejn ikun possibbli u xieraq.

  • Niżguraw li r-restawr tal-widien, bħal Wied Blandun, isir permezz ta' metodi olistiċi b'intervenzjoni minima li tirrispetta mhux biss il-patrimonju storiku u agrikolu li għandu iżda wkoll il-valur xjentifiku, ekoloġiku u rikreazzjonali. 
 
 

Patrimonju Mibni

L-Ispazji Miftuħin Ħodor u Blu fir-reġjun tal-port huma inseparabbli mit-tessut tal-patrimonju mibni tar-reġjun, fejn l-aktar element li jispikka huma s-swar. Il-konservazzjoni u ġestjoni olistiċi u integrati tal-pajsaġġ urban storiku huma inseparabbli mill-ġestjoni sostenibbli  u t-tgawdija tal-Ispazji Ħodor u Blu u l-valuri naturali kif ukoll ta' patrimonju kulturali li għandhom. Barra minn hekk, il-patina tal-binjiet storiċi hija element integrali tal-valur estetiku u dokumentarju tagħhom u tal-pajsaġġ kulturali tal-lokalitajiet tagħna u għandha tiġi ppriservata.

Il-Firmatarji jintrabtu li jikkoperaw b'mod olistiku biex iħarsu il-pajsaġġ urban storiku, inklużi s-swar u l-ispazji ħodor ta' madwarhom. B'mod aktar speċifiku, nibtrabtu li:

  • Nippromwovu prattiċi xierqa fil-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-pajsaġġ storiku urban li jkunu konformi mal-prinċipji tal-Memorandum ta' Vjenna dwar “World Heritage and Contemporary Architecture - Managing the Historic Urban Landscape”.

  • Inqajmu kuxjenxa fost dawk kollha involuti biex niżguraw li l-proġetti kollha ta' konservazzjoni li jseħħu fil-lokalitajiet tagħna jirrispettaw u jżommu l-patina tal-binjiet permezz ta' dikjarazzjonijiet tal-metodi u miżuri prattiċi oħrajn biex jiġu żgurat li ma jkunx hemm tindif żejjed.

  • Ninstallaw illuminazzjoni addattata li ttejjeb il-leġibbiltà tal-patrimonju mibni waqt li tevita aktar tniġġis mid-dawl f’din iż-żona.  
Patrimonju
 
 

Parteċipazzjoni Ġenwina mill-Pubbliku

Is-suċċess ta' kull ħidma fuq bażi lokali tiddependi mill-parteċipazzjoni attiva u l-aċċettazjoni tal-komunità lokali. Għalhekk, kull proġett ta' intervent irid ikun imħaddan mill-Komunitajiet Lokali li għandhom jingħataw kull opportunità u l-għodda xierqa, bħal community mapping biex jikkontribwixxu għall-pjan. It-tħassib u l-ideat tal-Komunità Lokali għandhom jiġu assimilati tul il-proċess ta' ppjanar kollu permezz ta' djalogu soċjali estensiv u konsultazzjoni ġenwina.

Genwin

Għalhekk, il-Firmatarji jimpenjaw ruħhom li jaħdmu flimkien għal ambjent aħdar u blu aħjar u jikkontribwixxu b'mod attiv għall-proċess kollu ta' ħarsien u titjib tal-pajsaġġi kulturali tar-reġjun, b'mod partikolari l-Ispazji Miftuħin Ħodor u Blu.

 
 
 
Niżżel kopja bil-Malti hawn
 

The Charter was officially launched on September 17th 2014
and was signed by:

  1. Cospicua Local Council, Alison Zerafa (Mayor)
  2. Cospicua Heritage Society, Edwin Delceppo (President)
  3. Cospicua Heritage Society, Miriam Fiorini (Secretary)
  4. Cottonera Rehabilitation Committee, Joseph Azzopardi (Secretary)
  5. Friends of Cottonera Forum, Caroline Said Lawrence (Coordinator)
  6. Ġenista Research Foundation, Mark Causon (Director)
  7. Integrated Resources Management (IRMCo), Anna Spiteri (Director)
  8. Kalkara Local Council, Christopher Bruno (Deputy Mayor)
  9. Marsa Local Council, Francis Debono (Mayor)
  10. Noise Abatement Society of Malta, John Fenech (President)
  11. Senglea Historical Society, Joseph Abela (President)
  12. Senglea Local Council, Justin John Camilleri (Mayor)
  13. Senglea resident, Lorenzo de Ninno
  14. Valletta 2018, Glen Farruġia (Head V18 Secretariat of University of Malta)
  15. Valletta resident, Reuben Grima
  16. Vittoriosa Local Council, Lawrence Attard (Councillor)
  17. Żabbar Local Council, Mark Grech (Councillor)

 

Would you like to endorse the Charter as well?

Sign here

 

 

This online version of the Charter was created on February 19th 2015
and has since been signed by:
 
18. Zebbuġ resident, Iris Aquilina
19. Senglea resident, Giorgio Cerruti
20. Stocksfield (UK) resident, Vincent Ward
21. Cospicua resident, Natalie Boehm
22. Senglea resident, Heather Scott
23. Cospicua resident, Daniel Mercieca
24. Vittoriosa resident, Justine Lubnow
25. Vittoriosa resident, Nikolaj Lubnow
26. Kalkara resident, Luke Scicluna
27. Vittoriosa resident, Josephine Baron
28. Marsaskala resident, Arthur Taliana
29. Senglea resident, Rita Stafrace
30. Senglea resident, Gerald Duke
31. Attard resident, Paul Pace
32. Kalkara resident, Gabi Mizzi
33. Santa Luċija resident, Catherine Polidano
34. Senglea resident, Isabelle Lehmann
35. Xghajra resident, Thomas Briffa
36. Valletta resident, Marica Grima
37. Fgura resident, Catherine Bunce
38. Ta' l-Ibrag resident, Anne McKenna
39. Kalkara resident, Carmel Cacopardo
40. Attard resident, Carmel Borg (University of Malta)
41. Flimkien għall Ambjent Aħjar, Astrid Vella (Coordinator)
42. Marsascala resident, John Paul Cauchi (Environmental Health Doctor)
43. Senglea Historical Society, John Portelli (Secretary)
44. Qrendi resident, Marlene Farrugia (Member of Parliament)
45. Floriana Local Council, Nigel Holland (Mayor)
46. Vittoriosa resident, Ritianne Stanyer
47. Vittoriosa resident, Lisa Grech (The Definitive(ly) Good Guide Co)
48. Vittoriosa resident Lisa Baden
49. Vittoriosa resident, Aldo Gatt
50. Senglea resident, Rosmarie Tschudin-Schulte
51. Tarxien resident, Jean Paul Bajada

52. M osta resident, George Cassar (University of Malta)
53. Msida resident. Jorg Sicot
54. Senglea resident, Joseph Duca
55. Marsascala resident, Godfrey Baldacchino (University of Malta)
56. Naxxar resident, James Gabarretta
57. Fgura resident, Alastair Farrugia
58. Cospicua resident, Joyce Muscat (Cottonera Utd., Nursery)
59. Luqa resident, Mario Cassar (Academy 147 Ltd)
60. Gharghur resident, Kathleen Borg Olivier

61. Birkirkara resident, Maria Sinagra
62. Qrendi resident, Karl Agius
63. Santa Venera resident, Lillian Frendo
64. Santa Venera resident, Anthony Frendo (University of Malta)

65. Iklin resident, Stephen Grixti (Councillor)
66. Marsaskala Local Council, Charlot Cassar (Councillor)
67. Senglea resident, Isabel Warrington (Artist)
68. Senglea resident, Michael Salone (CEO, 3-6TY LLC)
69. Senglea resident, Eric Tenin (CEO, Inspirapps)
70. Naxxar resident, Justin Borg Barker
71. Birkirkara resident, Lorraine Zammit (Bank Manager, HSBC)
72. Senglea resident, Giovanni Navarro
73. St. Julian resident, Lorain Rizzo
74. St. Julian resident, Gillian Grech
75. Vittoriosa resident, Bertille Lungaro-Mifsud (Frank Salt Real Estate Ltd)
76. Senglea resident, Cecile Pierquin
77. Senglea resident, Henry Hall
78. Senglea resident, Wayne Hall
79. Senglea resident, Ian Hall
80. Paola resident, Arnold Sciberras (Nature Trust Malta)

81. Balzan resident, Matthew Randon (Green Generation Ltd)
82. Hal Safi resident, Lawrence Agius (St Jeanne Antide Foundation)
83. Zabbar resident, Malcolm Schembri
84. Santa Venera resident, Mario Aloisio (University of Malta)
85. Cospicua resident, Anthony Valletta
86. Senglea resident, Sophie De Ketelaere
87. Pieta resident, John Spiteri
88. San Gwann resident, Tania Spiteri
89. Marsascala resident, Marylene Borg
90. Tarxien resident, Yana Mintoff (Forum Kommunita Bormliza and MFSS)
91. Bidnija resident, Rita Vella
92. Burmarrad resident, Paul Gatt
93. St Julians resident, Anthony Burgess
94. Valletta resident, Clotilde Mifsud
95. Qormi resident, Luca Bugelli (APS Bank, JCI Malta)
96. Fleur-de-Lys resident, Robert Xuereb Archer